Rohalat Omar ta’ 34 sena mis-Sirja wieġbet ħatja u ngħatat sitt xhur priġunerija wara li ġiet akkużata li użat passaport Spanjol ta’ ħaddieħor.
Hija ġiet arrestata malli waslet Malta minn Ateni b’ dan il-passaport filwaqt li kienet mixlija wkoll li għamlet dikjarazzjoni falza lill-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni.