Raġel ta’ 57 sena minn Birkirkara qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku fin-Naxxar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30 ta’ dalgħodu fi Triq is-Salini, meta s-sewwieq ta’ mutur kien qed isuq u waqa’.
Immedjatament fuq il-post marru l-pulizija flimkien ma’ tim mediku li ħa r-raġel l-ispater Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.