It-tifel il-kbir tal-Prinċep William, George ngħata sinna ta’ kelb il-baħar iffossilizzata li nġabet minn Malta.
Din il-fossila ngħatat lill-familja rjali minn Sir David Attenborough wara li raw id-dokumentarju ambjentali ta’ Sir David, ‘A Life On Our Planet’.
Interresanti li din il-fossila kienet instabet minn Sir David stess fis-sittinijiet waqt li kien għal btala mal-familja tiegħu f’Malta. Din il-fossila hija ta’ kelb il-baħar li llum huwa estint, tat-tip carcharocles megalodon.
F’ritratt ippublikat minn Kensington Palace uriet il-mument x’ħin il-Prinċep George rċieva dan ir-rigal.