Minn għada, l-istazzjon ONE ser jibda l-iskeda ġdida għall-Ħarifa. Skeda li bħal kull sena tkun waħda impenjattiva u mibnija fuq programmi ġodda ta’ interess u wħud mill-iktar programmi stabbiliti u popolari mat-telespettaturi.
Kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa, Wayne Aquilinna filgħodu, Alfred Zammit waranofsinhar u Karl Stagno Navarra u Owen Bonnici filgħaxijiet ser jerġgħu jkunu magħna bil-programmi popolari tagħhom Espresso, Kalamita, Pjazza u Primetime.
Kull nhar ta’ Tnejn filgħaxija, se jibda jixxandar il-programm ġdid ta’ ġrajjiet kurrenti bl-isem ta’ Follow Up ippreżentat minn Rebecca Buttigieg.
It-Tlieta se jkun qed jixxandar id-dokumentarju Mija, li ser jiġbor fih id-dettalji tal-mixja tal-Partit Laburista tul dawn l-aħħar mitt sena mit-twaqqif tiegħu.
L-Erbgħa se jerġa jirritorna d-dramm popolari Division 7, biss storja iżjed interessanti aktar minn qatt qabel.
Manuel Micallef se jibda jippreżenta l-programm dibattitu Dirett li se jibda jixxandar kull nhar ta’ Ħamis filgħaxija. Warajh isegwi l-programm Ilsien in-Nisa flimkien ma’ Claire Agius, Pauline Agius u Claire Agius Ordway.
Il-Ġimgħa se jerġa jirritorna l-programm satiriku Min Imissu, fejn hawnhekk it-telespettaturi mistennija jkollhom serata mimlija daħq.
Il-Ħadd filgħodu ser jirritorna l-programm popolari Paperscan bi preżentazzjoni ġdida ta’ Charlon Gouder.
Matul din l-iskeda se jkomplu l-programmi sportivi Żona Sport, Kick Off u l-Argument, ippreżentati minn Mario Bonnici, Mario Saliba, Clint Buhagiar, Mark Mizzi u Silvio Vella rispettivament.