L-ewwel indikazzjonijiet juru li l-Iżvizzera vvotat kontra li jintemm il-ftehim mal-Unjoni Ewropea – One News

Notifiki

L-ewwel indikazzjonijiet juru li l-Iżvizzera vvotat kontra li jintemm il-ftehim mal-Unjoni Ewropea

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-votanti Żvizzeri ivvotaw kontra li jintemm il-ftehim mal-Unjoni Ewropea dwar il-moviment liberu tan-nies.

Skont il-midja tal-lokal, ir-riżultat huwa 63% kontra u 37% favur, madanakollu bħalissa għadu għaddej l-għadd tal-voti bir-riżultat finali jitħabbar aktar tard mal-jum.

Minkejja li l-Isvizzera mhix membru tal-Unjoni Ewropea, għandha ftehim dwar il-moviment liberu biex ikollha aċċess għall-kummerċ ħieles filwaqt li għandha kooperazzjoni ma’ Brussell f’oqsma bħat-trasport u l-edukazzjoni.

L-Iżvizzeri jivvotaw dwar ftehim mal-Unjoni Ewropea

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend