Raġel ta’ 32 sena ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li ġie akkuzat li ssoġġetta persuna minuri għal att jew imġieba b’konnotazzjonijiet sesswali.
Ir-raġel ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih u l-avukat tad-difiża talab għall-ħelsien mill-arrest iżda l-prosekuzzjoni oġġezzjonjat.
Il-Qorti ma tatx il-ħelsien mill-arrest lill-akkuzat u tat ordni ta’ protezzjoni favur il-minuri.