Din it-tajra hija tat-tip Harris Hawk u għandha madwar sentejn u nofs.
Dan it-tip ta’ speċi ta’ priza u oħrajn kienu parti minn wirja fir-Razzett tal-Bagħal fil-ġonna tal-Buskett li saret matul il-jum tas-Sibt. Dan bħala open-day fejn il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti, l-FKNK uriet ix-xogħol tagħha lil pubbliku.
Fost ix-xogħol li tagħmel hemm il-konservazzjoni tal-barbaġann u pjanti indiġeni, kif spjega magħna Joseph Perici Calascione, il-President tal-FKNK.
“Din parti mill-kultura tagħna, allura aħna nħossuna obligati li nżommu din it-tradizzjoni. Ovvjament hemm ir-regoli tal-lum il-ġurnata, m’għadniex kif konna la tletin u lanqas mitt sena ilu. Għallinqas trid taddatta ruħhek ma’ ċirkostanzi moderni, ma’ ċirkostanzi tal-lum. Pero ma tistax titlef dik il-parti mill-kultura, għax jekk tkun tlift dik parti minn Malta tkun intilfet, fl-opinjoni tiegħi.”
Attenda wkoll il-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia, li qal kif pajjiżna għandu politika ċara għall-biodiversita, sabiex igawdu l-ġenerazzjonijiet ta’ warajna.
“Malta għandha policy ċara dwar il-biodiversita, li se nkomplu nkattruhabiex it-tfal tagħna, il-ġenerazzjonijiet li ġejjin jirċievu pajsaġġ u ambjent Malti aħjar milli sibnih”