Bernard Grech ma ddikjarax €32,000 fi dħul minn attività li jilqa’ studenti barranin għandu – One News

Notifiki

Bernard Grech ma ddikjarax €32,000 fi dħul minn attività li jilqa’ studenti barranin għandu

Bernard Grech ma ddikjarax iżjed minn €32,000 fi dħul ġej talli kien iżomm f’daru studenti barranin li kienu jiġu f’Malta biex jistudjaw l-Ingliż.

Il-gazzetta Maltatoday irrappurtat dan l-aħħar żvilupp fis-saga li għandu l-kandidat għal Kap tal-Partit Nazzjonalista ma’ tat-Taxxa.

Minn informazzjoni li kisbet il-Maltatoday jirriżulta li f’investigazzjoni minn tat-Taxxa, li saret sentejn ilu, Bernard Grech ma ddikjarax eluf ta’ ewro fi flus li daħħal fuq medda ta’ ħames talli kien iżomm għandu l-istudenti li kienu jiġu f’pajjiżna biex jistudjaw l-Ingliż.

Saħansitra din l-attività, li kienet sors ieħor ta’ dħul għal Bernard Grech, lanqas kienet irreġistrat mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.

Il-gazzetta qalet li l-investigazzjoni li anki kitbet dwarha t-Times, sabet li Bernard Grech ħa flus mill-istudenti talli qagħdu għandu.

Qalet li peress li Bernard Grech lanqas irreġistra din l-attività kummerċjali mal-MTA, teknikament ma kellux x’jiddikjara taxxa iżda l-investigazzjoni li saret fuqu sentejn ilu xorta qalet ċar u tond li Grech kellu jniżżel dak li daħħal minn din l-attività li jraqqad għandu studenti li jkunu ġew biex jitgħallmu l-Ingliż.

L-investigazzjoni rrikonoxxiet li Grech kellu spejjeż ta’ ikel u ospitalità minn din l-attività u għalhekk naqset l-ammont li fuqu kellu jkun taxxabbli bin-nofs.

Din l-aħħar storja dwar il-kandidat tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil issegwi dak li rrappurtat it-Times f’nofs din il-ġimgħa.

It-Times irrappurtat li Bernard Grech kellu €43,000 fi dħul mhux iddikjarat.

Dan ħareġ mill-istess investigazzjoni li issa sabet li huwa daħħal iżjed minn €30,000 minn attività li jilqa’ għandu studenti u li dan id-dħul ma ddikjarahx.

L-istess investigazzjoni ordnatlu wkoll iħallas €17,000 f’pendenzi ma’ tal-VAT.

L-awditjar fuq il-kandidat tal-establishment sab ukoll li bħala avukat tal-familja, Grech ma kellux kont bankarju separat fejn jitfa’ l-flus li jkun qala’ mix-xogħol.

Dan għamilha diffiċli biex l-awtoritajiet jintraċċaw l-ammonti propja ta’ flus li daħħal Grech mix-xogħol.

Hawnhekk ingħatat spjegazzjoni li daħlu xi flus fil-kont bankarju minn xogħol ekstrakurrikulari li għamlet martu fl-iskola fejn taħdem.

Apparti n-numru ta’ flus li daħħal li Grech ma setax jispjega, sar magħruf ukoll li l-istess Bernard Grech ġie mdaħħal f’livell inqas taxxabli minn dak li fil-verità jirrefletti d-dħul veru tiegħu bħala avukat.

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

  1. Imma skużi ta’, jista xi bravu jgħidli x kien isir minni kieku kont jien? Dan aqwa minn Delia!! Imma l-aqwa li jaqra l-Vanġelu… hux charles jude??!!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend