Awwissu bl-inqas defiċit irreġistrat mill-bidu tal-pandemija  – One News

Notifiki

Awwissu bl-inqas defiċit irreġistrat mill-bidu tal-pandemija 

F’Awwissu, pajjiżna kellu l-anqas defiċit irreġistrat mill-bidu tal-pandemija, hekk kif il-Fond Konsolidat tal-Gvern irreġistra deficit ta’ €34 miljun.

Dan kien 10% biss tad-deficit ta’ €295 miljun f’April li għadda.

Dan qed iseħħ hekk kif id-dħul tal-Gvern beda jirkupra, bit-tnaqqis osservat f’Awwissu kien ta’ 24%, waqt li x-xahar ta’ qabel kien ta’ 40%.

F’Awwissu, mit-taxxa tad-dħul, il-Gvern daħħal €165 miljun. B’dan l-ammont kien għola minn dak irreġistrat sentejn ilu.

Dan juri li l-attività tan-negozji bdiet tirpilja, kif filfatt deher ċar anke fi stħarriġ li ppubblikat il-Kummissjoni Ewropea.

Fl-industrija kien hemm titjib ta’ 33% fil-kunfidenza.

Fis-settur tas-servizzi kien hemm titjieb ta’ 55% fil-kunfidenza.

Barra minn hekk, il-kumpaniji ta’ kostruzzjoni qegħdin jgħidu li xogħol b’disa’ xhur lura.

Apparti dan, in-numru ta’ persuni jirregistraw naqas għat-tielet xahar konsekuttiv. In-numru ta’ nies jirreġistraw f’Mejju li għadda kien ta’ aktar minn 4,400 persuna, filwaqt li sax-xahar li għadda dawk li jirreġistraw jammontaw għal ftit aktar minn 3,670.

Biex b’hekk bejn Mejju u Awwissu, in-numru ta’ persuni jirreġistraw naqas b’737 persuna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend