Raġel ta’ 62 sena minn Birżebbuġa arrestat wara rapport li tifel kellu fil-pussess tiegħu senter tal-kaċċa.
Is-Sibt għal-ħabta tas-7:15 ta’ filgħodu, il-Pulizija tal-Protezzjoni Ambjentali ġew mgħarfa mill-Kumitat Kontra l-Qtil tal-Għasafar, il-CABS li fi Triq il-Brolli, Birżebbuġa kien hemm minuri li kien f’pussess ta’ arma tan-nar.
Immedjatament il-pulizija marret fuq il-post, iżda sakemm laħqu waslu ma sabu lil ħadd.
Iżda wara analiżi tal-filmati u investigazzjonijiet oħra, il-Pulizija identifikat lis-suspettat li kien qed jieħu ħsieb lit-tifel. Il-pulizija kkonfiskat l-arma tan-nar li kellu t-tifel f’idejh.
Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti b’akkużi relatati ma’ dan il-każ filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.