Stephen Nkenj ta’ 25 sena mill-Kamerun intbagħat sitt xhur ħabs u se jintbagħat lura l-Ġermanja wara li jiskonsta s-sentenza. Huwa tressaq il-Qorti akkużat li fuqu kellu passaport Franċiz maħruġ fuq persuna oħra.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-ispettur Frankie Sammut qalet kif l-immigrant li jgħix il-Ġermanja ried imur l-Ingilterra. Jidher ukoll li lill-imputat qalulu li huwa iżjed faċli tmur l-Ingilterra minn Malta milli mill-Ġermanja.
Waqt is-seduta, il-Maġistrat Joseph Mifsud qal kif sfortunatament fil-qorti qed jaslu l-vittmi ta’ dawk li qed jipproffettaw minnhom bil-flus, u appella biex ikun hemm koordinament aktar sod fil-ġlieda kontra t-traffikanti tal-bnedmin.