Miżmuma 7 persuni b’rabta mal-attakk li seħħ fi Franza l-Ġimgħa – One News

Notifiki

Miżmuma 7 persuni b’rabta mal-attakk li seħħ fi Franza l-Ġimgħa

Seba’ persuni qed jiġu miżmuma mill-Pulizija Franċiża wara li qed ikunu suspetatti bl-attakk li seħħ ilbieraħ quddiem l-eks uffiċini ta’ Charlie Hebdo.

Il-każ seħħ meta raġel armat b’sikkina li tqatta’ l-laħam attakka u darab żewġ persuni fid-dawl tax-xemx.

Il-Pulizija Franċiża arrestat żagħżugħ pakistani ta’ tmintax-il sena li qed ikun meqjus bħala s-suspettat ewlieni wara dan l-attakk.

Il-midja internazzjonali qed tirraporta wkoll kif l-awtoritajiet Franċiżi qed titratta dan il-każ bħala attakk terroristiku.

L-attakk seħħ propju fil-ħin li beda s-smigħa fil-Qorti Franċiża għall-erbatax-il persuna li kienu l-moħħ wara l-attakki ta’ Charlie Hebdo li ħallew tnax-il persuna mejta ħames snin ilu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend