Il-Prim Ministru jinawgura l-ewwel fażi tal-proġett tas-Central Link – One News

Notifiki

Il-Prim Ministru jinawgura l-ewwel fażi tal-proġett tas-Central Link

Il-Prim Ministru Robert Abela flimkien mal-Ministru Ian Borg inawguraw l-ewwel fażi tas-Central Link Project is-Sibt filgħodu.

Hawn il-Prim Ministru tenna li dan il-proġett huwa xhieda tad-determinazzjoni tal-Gvern, li minkejja l-isfidi ta’ dawn l-aħħar xhur, ħidmietu intensifikat.

Dr Abela tenna li din hija amministrazzjoni żagħżugħa li trid taħdem, u li dan il-proġett jgħaqqad mal-viżjoni tal-Gvern imħabbra ftit ġimgħat ilu. Spjega wkoll li dan se jolqot l-ambjent b’mod pożittiv hekk kif se jkompli jnaqqas l-emissjonijiet fl-arja mit-traffiku.

Il-Ministru għat-Trasport u Infrastruttura Ian Borg spjega kif lura fl-2017, Gvern Laburista wiegħed lill-poplu li se jkun qed isir investiment bla preċedent fl-infrastruttura u li wasal iż-żmien biex titjieb il-konnettività tal-pajjiż.

Spjega kif “Qed ninvestu fl-infrastruttura. Dak li riedna nagħmlu l-poplu u dak li qed nagħmlu. Din hija infrastruttura li ilha tiġi diskussa sittin sena. Qed nagħtu infrastruttura xierqa biex in-nies, il-karozzi, min irid jimxi, min irid jgħaddi bir-rota ma jgħaddux iżjed mill-irħula imma jkollhom l-infrastruttura adekwata fil-periferija”

Il-Ministru Borg fakkar kif id-disinn tal-proġett inbidel diversi drabi biex jaqdi dejjem aħjar il-bżonnijiet tal-komunitajiet li jmissu miegħu, kif ukoll tal-bliet u rħula li jgħaddu minn din it-triq.

Spjega kif se jkun hawn ukoll l-itwal passaġġ għall-mixi u roti segregat mit-triq, li se jwassal mill-Imrieħel sar-Rabat.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta Frederick Azzopardi spjega li issa x-xogħol se jkun qed jiffoka fuq il-medda ta’ triq bejn ir-Rabat u l-Isptar Monte Karmeli.

Qal li “Illum inawgurajna waħda mill-aktar fażijiet importanti fejn ftaħna t-triq il-ġdida ta bejn l-MFSA u Wied Inċita fid-direzzjoni tat-tramuntana. It-tieni fażi hija minn wied Inċita sar-Rabat u l-aħħar fażi hija t-toroq residenzjali”

Azzopardi temm jgħid li dan il-proġett li beda fil-bidu ta’ din is-sena mistenni jitlesta sa nofs is-sena d-dieħla.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend