L-iskeda tal-ħarifa għal ONE Radio din is-sena se twasslilkom sebgħin programm differenti bil-partecipazzjoni ta’ aktar minn mija u għoxrin preżentatur.
Il-Kap ta’ ONE radio, Clint Bajada semma l-preparamenti li għaddejjin biex din tibda żżomm kumpanija lis-semmiegħa minn nhar it-Tnejn li ġej .
Qal kif “Jeżisti eċitament sabiħ hawnhekk fost il-ħaddiema ta’ ONE radio għaliex propju sa nibdew 70 programm differenti. Aħna nippreżentaw skeda nazzjonali, l-iskedi kollha jkunu importanti imma dik tal-Ħarifa tkun l-iktar waħda importanti ħabba l-fatt li twassalna sal-aħħar ta Ġunju.”
Numru ta’ programmi stabbiliti mill-ġdid sabu posthom fl-iskeda ta’ ONE Radio, fosthom il-Breakfast show immexxi minn Noel Camilleri mit-tnejn sal-gimgha, il-breakfast show tas-sibt immexxi minn Pierre Borg u Bongu Sold Gold nhar ta Ħadd ma Josef Caruana.
Se jirritornaw ukoll il-programmi Kartolina immexxi minn Alfred Zammit, ONEs on ONE immexxi minn Alex Grech u l-programm ta diskussjoni nhar ta’ Tlieta filghodu ma’ Simone Cini.
Se jingħaqad wkoll programm ġdid bl-isem ta’ l-istorja bhac-cirasa ta Mario Sant u Charlotte Montfort.
L-iskeda l-ġdida se zżommlok kumpanija wkoll permezz ta’ programmi ta’ varjetà, fosthom ma’ Renato Vella u The Afternoon show minn Louis Vella.
Nhar ta’ Sibt se jkompli Sibt il-Punt ma’ Manuel Micallef, u l-Ħadd waranofsinhar Anton Falzon se jkun magħkom b’għaqqad il-kelma.
Kull filghodu se jsir ukoll analizi tal-ġurnali, kif ukoll se jsiru l-aġġornamenti u l-bulettini tal-aħbarijiet tul il-jum bħas-soltu.
Qal li “ONE radio wara kollox l-għan tiegħu huwa li għandna skeda nazzjonali li nilħqu kemm jista jkun firxa kbira ta’ nies li jsegwuna, li nwasslulhom informazzjoni, divertiment u nżommulhom kumpanija u anke nkunu mezz ta’ familja waħda lkoll flimkien.”