Tiżdied in-nefqa rikurrenti tal-Gvern partikolarment bil-vouchers – One News

Notifiki

Tiżdied in-nefqa rikurrenti tal-Gvern partikolarment bil-vouchers

Fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena żdiedet in-nefqa rikurrenti bi kważi tliet mitt miljun ewro.

Dan ħareġ minn statistika maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika.

In-nefqa rikurrenti bejn Jannar u Awwissu li għadda tqarreb it-tliet biljun ewro u fost oħrajn kien hemm żieda fin-nefqa ta’ benefiċċji soċjali, partikolarment nefqa ta’ erbatax-il miljun u nofs ewro fil-benefiċċji marbuta mal-imxija.

Kien hemm nefqa wkoll ta’ ħamsa u erbgħin miljun u erba’ mitt elf ewro fil-mediċini u kważi wieħed u tletin miljun ewro fl-għoti tal-vouchers li ta l-Gvern biex jintefqu fil-ħwienet u r-ristoranti fost oħrajn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend