Lydia Abela telenka numru ta’ sfidi li għandhom jiġu indirizzati fiż-żmien li ġej – One News

Notifiki

Lydia Abela telenka numru ta’ sfidi li għandhom jiġu indirizzati fiż-żmien li ġej

Wara ż-żjara li għamlet fid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali, Dr Lydia Abela elenkat numru ta’ punti li għandhom jiġu indirizzati fiż-żmien li ġej.

Fost oħrajn, mart il-Prim Ministru saħqet li għandu jitħejja pjan komprensiv li jkopri titjib fil-faċilitajiet fl-Għammieri.

Dr Abela sostniet li bidliet fil-liġi huma meħtieġa fir-rigward tal-kundizzjonijiet li jinżammu fihom l-annimali f’pajjiżna bil-għan li jitjieb il-livell t’għexjien tal-annimali.

Dan filwaqt li hi esprimiet ix-xewqa li l-awtoritajiet jingħataw aktar riżorsi sabiex ikunu jistgħu jinfurzaw il-liġijiet.

Hi qalet li dawk l-individwi li jagħmlu rapport għandhom jibqgħu aġġornati kontinwament.

Dr Abela wegħdet li ser tkompli taħdem flimkien mal-għaqdiet mhux governattivi u l-Gvern sabiex id-drittijiet tal-annimali jkomplu jitjiebu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend