L-iskeda tal-Ħarifa se tippreżenta programmi ġodda u oħrajn stabbiliti – One News

Notifiki

L-iskeda tal-Ħarifa se tippreżenta programmi ġodda u oħrajn stabbiliti

Min-nhar it-Tnejn li ġej, l-istazzjon ONE ser jibda l-iskeda ġdida tal-Ħarifa.  Skeda li bħal kull sena tkun impenjattiva u mibnija fuq programmi ġodda ta’ interess u wħud mill-iktar programmi stabbiliti u popolari mat-telespettaturi.

Iċ-Chairman ta’ ONE, Jason Micallef spjega kif li ttella’ skeda bħal din f’dan iż-żmien tal-pandemija hija sfida kbira.  Madankollu t-telespettaturi leali ta’ ONE ser ikunu jistgħu igawdu numru sabiħ programmi u drammi ta’ kwalità u li jolqtu l-gosti ta’ kulħadd.

Is-Sur Micallef stqarr, “Skeda li fl-opinjoni tiegħi nsostni li hija waħda ta’ kontinwitá u kwalitá.  Naturalment fiċ-ċirkostanzi li qed ngħixu bħalissa imma skeda li ser tkun qed iżżomm kumpanija kbira lill-familji Maltin u Għawdxin kollha li huma dejjem lesti hemm leali għall-istazzjonijiet ONE.”

Wayne Aquilina minn filgħodu, Alfred Zammit waranofsinhar u Karl Stagno Navarra u Owen Bonnici filgħaxijiet ser jerġgħu jkunu magħna bil-programmi popolari tagħhom Espresso, Kalamita, Pjazza u Primetime kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa.

Ser ikun qed jibda jixxandar programm dibattitu ma’ Manuel Micallef fil-programm Dirett u jżommu l-appuntament mill-ġdid kull nhar ta’ Ħamis Clare Agius, Pauline Agius u Claire Agius Ordway, it-tliet nisa ta’ Ilsien in-Nisa.

Ser jirritorna mill-ġdid il-programm popolari Paperscan bi preżentazzjoni ġdida ta’ Charlon Gouder. Bħas-soltu, dan il-programm se jkun qed janalizza l-gazzetti tal-Ħadd.

Se jibda jixxandar ukoll programm ġdid li jiddiskuti temi kurrenti bl-isem ta’ Followup bi preżentazzjoni ta’ Rebecca Buttigieg.

Id-dramm popolari Division 7 ukoll ser ikun qed jirritorna għal staġun ieħor fuq is-sett tat-televiżjoni, bi storja iżjed interessanti, aktar minn qatt qabel.  Il-programm ta’ satira Min Imissu wkoll ser jerġa’ jkun mat-telespettaturi kull nhar ta’ Ġimgħa filgħaxija. Hawnhekk it-telespettaturi mistennija jkollhom serata mimlija daħq.

Dan filwaqt li ser ikun qed jixxandar dokumentarju storiku bl-isem ta’ Mija li ser jiġbor fih id-dettalji tal-mixja tal-Partit Laburista tul il-mitt sena ta’ storja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend