Infetħu madwar 100 klassi oħra, ġew assenjati 107 uffiċjal tas-sigurtà u l-ħaddiema tat-tindif żdiedu b’40% fl-iskejjel – One News

Notifiki

Infetħu madwar 100 klassi oħra, ġew assenjati 107 uffiċjal tas-sigurtà u l-ħaddiema tat-tindif żdiedu b’40% fl-iskejjel

Waqt żjara mill-Ministru għall-Edukazzjoni fl-iskola primarja tal-Baħrija fil-Kulleġġ San Nikola, il-kap tal-iskola Josette Fiott spjegat li n-numru ta’ persuni fil-klassijiet din is-sena ser ikun iżgħar minn dak tas-soltu hekk kif fl-iskola żdiedu l-ammont ta’ kindergarten assistants u edukaturi.

Is-Sinjura Fiott qalet kif is-sanitizers fil-klassijiet tal-kindergarten tpoġġa barra l-klassi biex it-tfal ma jkollhomx għalfejn imorru ħdejn l-għalliema biex jagħmlu sanitizer iżda dawn jagħmlu użu minnu huma u deħlin u ħerġin mill-klassi.

Hi spjegat li l-ispazju kiber ħafna hekk kif l-għamara tneħħiet mill-klassi biex ikun żgurat li t-tfal ikollhom biżżejjed spazju bejniethom.

Il-Ministru Owen Bonnici spjega kif se jaħdmu dawn il-miżuri fi skejjel aktar żgħar bħalma hi din tal-Baħrija.

Dr Frank Fabri qal li l-protokolli se japplikaw l-istess kullimkien kemm fi skejjel kbar kif ukoll fi skejjel iżgħar. Hu spjega kif infetħu madwar 100 klassi oħra fl-iskejjel primarji sabiex jiġu implimentati sew il-protokolli.

Hu stqarr li 107 uffiċjal tas-sigurtà ġew assenjati lil kull skola u l-ħaddiema tat-tindif żdiedu b’40%. Hu sostna li dawn iż-żidiet se jiżguraw li l-ebda skola ma tkun nieqsa minn xi ħaġa.

Is-Segretarju Permanenti spjega li l-kindergarten għandu protokolli apposta għalih li ser jimxu fuq il-mudell ta’ childcare centre fejn it-tfal joqogħdu fi grupp żgħir fuq mejda u jagħmlu użu minn ġugarelli speċifiċi. Imbagħad dawn l-istess ġugarelli ser jitħallew barra biex meta t-tfal jitilqu d-dar, il-ħaddiema tat-tindif jidħlu jnaddfu ta’ kuljum dawn il-ġugarelli biex l-għada t-tfal isibu ġugarelli nodfa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend