Il-karnival popolari ta’ Rio de Janeiro pospost b’mod indefinit – One News

Notifiki

Il-karnival popolari ta’ Rio de Janeiro pospost b’mod indefinit

L-organizzaturi tal-parata tal-karnival ta’ Rio de Janeiro pposponew b’mod indefinit iċ-ċelebrazzjonijiet li kienu mistennija jittellgħu fi Frar li ġej.

L-iskejjel tas-Samba li ssoltu jkunu involuti fil-parata kienu wissew li l-parata ma tistax tiġi organizzata qabel ma jiġi żviluppat vċċin.

Ta’ kull sena dan il-karnival jattira miljuni ta’ segwaċi iżda s-sena d-dieħla kemm il-parteċipanti kif ukoll is-segwaċi ser jibqgħu bil-għatx.

Il-president tal-kampjonat tas-Samba Liesa stqarr li l-iskejjel mhux se jkollhom biżżejjed ħin biex jippreparaw u jorganizzaw din l-attività ta’ skala kbira tant.

Hu qal ukoll li preżentament qed jaħsbu f’attività alternattiva li jistgħu jorganizzaw meta s-saħħa u s-sigurezza tal-pajjiż ma jkunux f’riskju kbir.

Minkejja dan, għadu mhux magħruf jekk il-festini u l-parati aktar żgħar li ssoltu jittellgħu fit-toroq Brażiljani humiex se jsiru.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend