Erba’ persuni feruti wara attakk b’sikkina viċin fejn sar l-attakk ta’ Charlie Hebdo – One News

Notifiki

Erba’ persuni feruti wara attakk b’sikkina viċin fejn sar l-attakk ta’ Charlie Hebdo

Minn tal-inqas erba’ persuni ndarbu waqt attakk b’sikkina f’Pariġi.

L-attakk seħħ viċin ta’ fejn kienu l-uffiċini ta’ Charlie Hebdo, fejn kien seħħ attakk fatali li ħalla 12-il persuna mejta f’Jannar ta’ ħames snin ilu.

Tnejn minn dawk li ġew attakkati jinsabu f’qagħda kritika, filwaqt li l-pulizija Franċiża għaddejja bi tfittxijiet għal żewġ suspettati.

Il-Prim Ministru Franċiż Jean Castex temm ħesrem iż-żjara tiegħu f’Seine-Saint-Denis fit-tramuntana ta’ Pariġi filwaqt li kkonferma li erba’ persuni huma midruba wara dan l-attakk.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend