Art f’Ħal Farruġ tgħaddi formalment lil Valletta FC biex tintuża bħala grawnd tal-futbol  – One News

Notifiki

Art f’Ħal Farruġ tgħaddi formalment lil Valletta FC biex tintuża bħala grawnd tal-futbol 

Permezz ta’ SportMalta, il-Gvern għadda l-art li m’għadhiex tintuża fiż-żona Industrijali ta’ Ħal Farruġ lill-klabb tal-futbol, Valletta FC.

Fuq din l-art kbira ħmistax-il elf metru kwadru, il-klabb Belti se jkollu art fejn il-plejers jistgħu jilagħbu u jittrenjaw fuqha.

Barra minn hekk, SportMalta għaddiet it-titlu tal-grawnd tas-Salinos lill-istess klabb.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-President tal-klabb Belti Victor Sciriha esperima s-sodisfazzjon tiegħu kif dan il-klabb għandu l-art tiegħu, fejn ilu jaħdem għall-aktar minn għaxar snin biex jakkwistaha.

Is-Sur Sciriha stqarr, “Hija xi ħaġa li naħseb it-tfal Beltin ilhom jistennew. Għamilna dejjem niġru minn post għal ieħor biex it-tim tal-kbar ikollu fejn jitrenja, apparti li dejjem kellna spejjez kbar. Issa nemmen li meta ħa jkollna l-faċilitajiet tagħna, l-affarijiet se jinbidlu.”

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima qal kif permezz ta’ dan it-trasferiment, il-Gvern qed juri l-impenn sabiex il-klabbs sportivi jkomplu jikbru.

“Inħares ‘il quddiem lejn dawn it-tip ta’ inizjattivi f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex u dan kollu għalioex bħala gvern nemmu propju illi l-klabbs sportivi ġewwa pajjiżna mhux tal-futbol biss imma ta’ kwaluanke dixxiplina sportiva, għandhom jingħataw l-għajnuna neċċesarja sabiex ikomplu jikbru u propju jgħiu lit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna.” Stqarr is-Segretarju Parlamentari Grima.

Waqt dan l-iffirmar kien hemm preżenti s-Sindku tal-Belt Alfred Zammit, li faħħar il-mod kif diversi tfal Beltin se jgawdu minn dan il-proġett.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend