Anzjana ta’ 94 sena tmut waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19 – One News

Notifiki

Anzjana ta’ 94 sena tmut waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19

Anzjana ta’ 94 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19.

L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 illum stess, 25 ta’ Settembru, bħala parti minn testijiet ta’ rutina li qed isiru fid-djar tal-anzjani, għalkemm irid jingħad li f’żewġ testijiet preċedenti, fid-9 u fl-14 ta’ Settembru, kienu rriżultaw fin-negattiv. Hija mietet illum.

Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjana, appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend