Anzjana ta’ 78 sena tmut waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19 – One News

Notifiki

Anzjana ta’ 78 sena tmut waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19

Anzjana ta’ 78 sena li kellha kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19.

L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 l-ewwel darba fil-11 ta’ Awwissu u ġiet ikkonfermata li negattiva għall-Covid-19 fit-28 ta’ Awwissu u fid-9 ta’ Settembru.

Ilbieraħ, l-anzjana ddaħħlet l-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei mill-Isptar Monte Carmeli u mietet ilbieraħ stess waqt li kienet fit-Taqsima tal-Emerġenza. Kif inhi prassi, sar swab test waqt li kienet l-Emerġenza li kkonferma lill-pazjenta pożittiva bil-Covid-19.

Fl-Isptar Monte Carmeli għaddej ix-xogħol ta’ contact tracing biex jiġu ttestjati l-persuni li seta’ kellhom kuntatt mal-persuna.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li għadda l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjana u appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend