Hekk kif matul il-jum tal-Ħamis kellha tkompli l-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Owen Schembri u Leon Debono li jinsabu akkużat li qatlu lil Saviour Gaffarena u li sparaw fuq Vince Gaffarena f’Lulju li għadda, kellu jixhed Vince Gaffarena.
Madankollu fil-Qorti ntqal li Vince Gaffarena ta’ sbatax-il sena reġa’ ddaħħal l-isptar.
L-avukat ta’ Owen Schembi qal li mhux se jitlob il-ħelsien mill-arrest qabel jixhed Vince Gaffarena.