Tpoġġew l-aħħar planki għas-saqaf tal-mini ta’ Santa Luċija – One News

Notifiki

Tpoġġew l-aħħar planki għas-saqaf tal-mini ta’ Santa Luċija

Mas-70% tal-proġett tal-mini ta’ Santa Luċija huwa lest hekk kif matul il-jum tal-Erbgħa, Infrastruttura Malta poġġiet l-aħħar planki tal-predall minn 176 sabiex jitlesta s-saqaf tal-mini ġodda taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija.

Fil-jiem li ġejjin, l-aġenzija se tkun qed tiftaħ korsiji ġodda, filwaqt li fiż-żmien li ġej il-pubbliku se jkun jista’ jibda jagħmel użu mill-mini l-ġodda b’tul ta’ 90 metru fiż-żewġ direzzjonijiet minn u lejn it-telgħa tal-Addolorata u t-Triq tal-Barrani, tul ir-rotta ewlenija lejn l-irħula tan-naħa t’isfel ta’ Malta.

Il-planki tpoġġew fuq 46 travu tal-konkos twal 9 metri b’toqol ta’ 6.7 tunnellati. Wara li tlesta dan il-proċess, il-ħaddiema se jkunu qed jitfgħu tunnellati ta’ konkos sabiex l-istruttura tas-saqaf tingħaqad.

Is-saqaf se jkun miksi b’materjali li jipproteġi l-istruttura mill-ilmijiet. Malli jitlesta l-proċess kollu tal-mini, tibda tinbena mill-ġdid ir-roundabout ta’ Santa Luċija, li se ssir b’disinn ġdid li jipprovdi aċċess eħfef u aktar sigur lir-residenti ta’ Santa Luċija, Raħal Ġdid u Ħal Tarxien.

Il-proġett jinkludi wkoll il-bini mill-ġdid b’disinn imtejjeb tal-mogħdija għall-ġiri li hemm fil-viċinanzi, titjib tas-subway ta’ Triq tal-Barrani biex tkun aċċessibbli wkoll għaċ-ċiklisti u persuni b’diżabilità, kif ukoll passaġġ ġdid għall-mixi u r-roti li se jgħaqqad Santa Luċija mal-Marsa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend