Lydia Abela żżur id-dipartiment għall-ħarsien tal-annimali – One News

Notifiki

Lydia Abela żżur id-dipartiment għall-ħarsien tal-annimali

Mart il-Prim Ministru, Dr Lydia Abela żaret id-Dipartiment għall-ħarsien tal-annimali.

Hemmhekk Dr Abela ltaqgħet ma’ diversi ħaddiema li ta’ kuljum jaħdmu qatigħ biex jiżguraw li d-drittijiet tal-annimali f’pajjiżna jkunu mħarsa.

Hi ltaqgħet ukoll mad-Direttur tad-Dipartiment għall-ħarsien tal-annimali, Noel Montebello fejn iddiskutew il-ħidma tad-dipartiment li riċentament ħadem fuq pens ġodda li se jibdew jintużaw mill-annimali li jiġu salvati.

Dr Abela sostniet li qiegħda tħares ‘il quddiem li tkompli taħdem id f’id mad-Dipartiment għall-ħarsien tal-annimali u għaqdiet tal-annimali oħra.

Ritratti: Gareth Degiorgio

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend