Jallega li ta’ Bernard Grech qalu lill-anzjani Nazzjonalisti li ma jistgħux jivvutaw meta jistgħu – One News

Notifiki

Jallega li ta’ Bernard Grech qalu lill-anzjani Nazzjonalisti li ma jistgħux jivvutaw meta jistgħu

Lejliet li tibda l-votazzjoni tal-elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista, għaddejin iżjed intriċċi fil-partit, din id-darba b’rabta mal-votazzjoni.

Il-kummentatur politiku Simon Mercieca ppubblika kumment li rċieva m’għand dak li ffirma bħala Nazzjonalist iddispjaċut.

F’dan il-messaġġ hemm miktub li kanvassers ta’ Bernard Grech qalu lil xi tesserati Nazzjonalisti anzjani li huma mhux eliġibbli biex jivvutaw anki jekk mhux minnu.

Il-messaġġ wera l-għadab u l-uġigħ għas-sitwazzjoni fejn intqal kif dawk li qed jaħdmu fil-kampanja ta’ Grech qed jagħmlu hekk bl-aktar mod malinn, qarrieqi u giddieb ma’ membri anzjani tal-Partit Nazzjonalista.

Ġie allegat li nies mill-uffiċċju tal-kampanja ta’ Bernard Grech qalu lil dawn l-anzjani li ma jistgħux jivvutaw fl-elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista u wara ndaġni li saret jirriżulta li dawn l-anzjani huma eliġibbli li jivvutaw fl-istess elezzjoni.

Il-messaġġ sejjaħ dan l-att bħala wieħed terribbli kontra anzjani tal-partit.

Intqal li dan ma kienx biss att kontra persuni vulnerabbli iżda anki att li juri nuqqas ta’ diċenza u rispett lejn min ħadem fil-partit fi żminijiet diffiċli.

Il-messaġġ għalaq billi dan in-Nazzjonalist dispjaċut saħaq li hu jistħi li hu Nazzjonalist u li ma jistax ikun spalla ma’ spalla ma’ dawk li huma taparsi Nazzjonalisti.

Intant il-votazzjoni se tieħu diversi jiem f’diversi każini Nazzjonalisti, u l-aħħar jum huwa s-Sibt tlieta t’Ottubru fejn wara se jsir l-għadd tal-voti.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. In-nazzjonalisti dejjem maħmuġ jilgħabu. Fl-elezzjoni tal-2003 kienu qalu lil xi xjuħ dak iż-żmien li ma setgħux jivvutaw fosthom missieri għax kienu qalu li ma kienux fi stat li jivvutaw. Imma L-P. L kien fetaħ kawża u rebħilhom. Ippruvaw iwaqqfu xi xjuħ li kienu jafu li kienu Laburisti milli jivvutaw. Għad għandi l-iitra li kien bagħat lil missieri il-PL biex jinfurmah li seta jivvota. Viljakki.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *