Il-Qorti ma tilqax rikors ta’ Jonathan Ferris – One News

Notifiki

Il-Qorti ma tilqax rikors ta’ Jonathan Ferris

Il-Qorti ma laqgħetx ir-rikors ta’ Jonathan Ferris li kien jaħdem mal-FIAU talli ma ġiex ikkunsidrat bħala whistleblower.

Il-Prim Awla Ċivili ppreseduta mill-Imħallef Grazio Mercieca semgħet kif Ferris kien intalab jgħaddi kopja ta’ dokumenti li kellu fil-pussess tiegħu biex juri li ħaqqu l-istatus ta’ whistleblower u fi Frar ta’ sentejn ilu kien sar magħruf li l-kriterji mitlubin ma kinux intlaħqu biex jingħata l-istatus ta’ whistleblower.

Il-Qorti saħqet li s-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cuatajr u Philip Massa, inkarigat mill-External Whistleblower unit ma kisrux il-liġi meta Ferris ma ġiex meqjus bħala whistleblower.

Għalhekk il-Qorti ordnat lil Ferris biex iħallas l-ispejjeż marbuta mal-kawża.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend