Il-Prinċipal tal-Kulleġġ San Benedittu jgħid li l-iskejjel huma lesti biex jilqgħu lill-istudenti – One News

Notifiki

Il-Prinċipal tal-Kulleġġ San Benedittu jgħid li l-iskejjel huma lesti biex jilqgħu lill-istudenti

Waqt żjara mill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici fi skola tal-Kulleġġ San Benedittu, il-prinċipal tal-kulleġġ, is-Sur Paul Debono elenka numru ta’ miżuri li qed jittieħdu fl-iskejjel biex tiġi żgurata s-sigurtà u s-saħħa tat-tfal u l-ħaddiema bil-għan li r-riskju ta’ tixrid tal-Covid-19 ikun minimizzat.

Is-Sur Debono spjega li fost oħrajn it-turġien ser jintużaw esklussivament għat-tlugħ jew għall-inżul u mhux għat-tnejn f’daqqa.

Hu kompla jistqarr li kull oġġett li jintuża mill-istudenti ser ikun diżinfettat qabel ma jintuża minn student ieħor. Filfatt wara kull lezzjoni ser jidħlu ħaddiema biex jnaddfu ħalli l-istudenti jsibu l-indafa wara.

Il-prinċipal sostna li ħa jiġi massimizzat l-użu tal-entraturi biex ikun żgurat li l-istudenti ma jitħalltux bla bżonn.

Is-Sur Debono saħaq li l-iskejjel huma lesti biex fil-jiem li ġejjin jilqgħu lill-istudenti u għal dan, irringrazzja lill-ħaddiema ta’ kull skola illi flimkien ħadmu biex l-istudenti jidħlu f’post sigur.

Is-Segretarju Permanenti Dott Frank Fabri qal li l-impjegati f’kull skola ħadmu sigħat twal biex jaħdmu u jittrasformaw l-iskejjel tagħhom għal postijiet siguri.

Il-Ministru Bonnici għamel appell biex nibqgħu niġbdu ħabel wieħed biex b’hekk, l-istudenti, il-ġenituri u l-għalliema jserrħu rashom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *