“Ħsibtni li kont se mmut.” Hekk qalet fil-Qorti Anna Karsbjer, it-tfajla Żvediża li x-xahar li għadda ġiet aggredita waqt li kien qed tixxemmex ġewwa l-Belt Valletta.
Fil-Qorti, it-tfajla mbikkma qalet kif Fredrick Mifsud allegatament qabeż fuqha, qabadha minn xagħarha u qabad itiha u kissirlha mneħirha.
Qalet kif hija ħasbet li r-raġel waqa’ f’saqajha, iżda imbagħad huwa ma qamx minn fuqha.
Dak il-ħin hija bdiet taħseb li kien se joqtolha jew jistupraha.