Godfrey Leone Ganado jinżamm responsabbli ta’ kliem dispreġjattiv fil-konfront ta’ Rosianne Cutajar – One News

Notifiki

Godfrey Leone Ganado jinżamm responsabbli ta’ kliem dispreġjattiv fil-konfront ta’ Rosianne Cutajar

F’żewġ sentenzi tal-Qorti, Godfrey Leone Ganado u Rachel Williams inżammu responsabbli ta’ kliem dispreġjattiv u malafamanti fil-konfront tas-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar.

Dan wara li fuq kitbiet fuq Facebook, l-esponent tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, Leone Ganado għajjar lil Cutajar bħala qaħba.

Fost oħrajn huwa kien kiteb il-kliem “prostitutes and call girls” b’referenza lejn Rosianne Cutajar.

Ganado għajjar lil Cutajar fuq il-paġna ta’ facebook ta’ Rachel Williams.

Ganado u Williams weħlu ħames mitt ewro bejniethom filwaqt li Ganado ġie ordnat iħallas tliet mitt ewro oħra.

Fiż-żewġ każijiet, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello qalet kif dan il-kliem issarraf fi tmaqdir li jeżawtora l-limiti ta’ kritika aċċettabli għal persuna pubblika u li l-frażi minnha nnifisha hija ta’ kalibru li hija kapaċi tikkawża ħsara serja lir-reputazzjoni ta’ Cutajar.

B’reazzjoni għas-sentenzi tal-Qorti, is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar stqarret li llum il-Qorti tat rebħa lil kull tfajla u mara hekk kif ikkonfermat li mhux ġustifikabbli li tgħajjar mara bħala qaħba, sempliċiment għax hi mara.

Qalet kif il-messaġġ hu ċar li l-ebda mara m’għandha taċċetta dan it-tip ta’ lingwaġġ fil-konfront tagħha.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Dan is-suppost Kristjan jixraqlu jkun fit-Top Ten ta’ l-aktar nies Maltin mimlijin hdura u mibgheda lejn il-proxxmu. Fost dawn insibu wkoll, fost ohrajn, lil Jason Azzopardi, David Casa, Karol Aquilina, David Thake, Manuel Delia, Simon Busuttil, Andrew Borg Cardona u Matthew Caruana Galizia.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend