Bernard Grech jaħbi li saru investigazzjonijiet dwaru fuq taxxa u VAT – One News

Notifiki

Bernard Grech jaħbi li saru investigazzjonijiet dwaru fuq taxxa u VAT

Bernard Grech ħeba li lura fl-elfejn u tmintax kien qed jiġi investigat minn istituzzjoni ta’ kontra l-frodi fit-taxxa wara li nstabu numru ta’ irregolaritajiet.

Dan hekk kif ONE NEWS kien staqsih jekk kienx hemm xi investigazzjoni fuqu f’dawn l-aħħar snin.  Madankollu Bernard Grech dakinhar prova jaħbi din l-investigazzjoni li kienet uriet kif huwa kellu mat-tlieta u erbgħin elf ewro fi dħul mhux iddikjarat.

Il-ġurnalist staqsa lil Grech,“Dr. Grech tikkonferma jekk kienx hemm xi investigazzjoni fuqek mid-dipartiment tat-taxxa fl-aħħar snin?” u Grech wieġeb, “Nikkonferma illi jien għandi ċertifikat mid-dipartiment tat-taxxa li juri illi jien m’għandi l-ebda tendenzi…”

Il-ġurnalist kompla jistaqsi, “Imma tikkonferma jekk kienx hemm investigazzjoni fuqek..il-mistoqsija hekk hi.” u Grech qal,“Jiena nikkonferma illi għandi ċertifikat illi juri..”

Il-ġurnalist sostna, “Se taħrabaha l-mistoqsija jiġifieri” u Grech wieġeb, “Qed inwieġbek.” “Qed taħrab mill-mistoqsija” Insista l-ġurnalist.

Fil-jum tal-Erbgħa, it-Times irrappurtat li Bernard Grech kien investigat minn istituzzjoni ta’ kontra l-frodi fit-taxxa wara li nstabu numru ta’ irregolaritajiet u ordnawlu jħallas sbatax-il elf ewro f’pendenzi ma’ tal-VAT. Dan il-ħlas f’pendenzi ma’ tal-VAT kien każ separat minn pendenzi oħra li kellu ma’ tat-Taxxa.

Huwa kien imwissi min tat-Taxxa li kellu ħafna pendenzi fi ħlasijiet li jmorru lura saħansitra għal tnax-il sena.

Fil-fatt il-kandidat tal-establishment Nazzjonalista ħallas mat-tletin elf ewro fi ħlasijiet f’Taxxa pendenti wara li wera l-interess li jikkontesta għall-kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista.  Xi ħaġa li meta kien mistoqsi fuqha wkoll waqt li beda jxejjer iċ-ċertifikat li jikkonferma dan kollu f’wiċċ il-ġurnalist, huwa għal darba oħra kien evażiv u skomdu.

Il-ġurnalist staqsa, “Dr.Grech dak iċ-ċertifikat li urejt waqt l-intervista, dak ġibtu wara li ħallast eluf eżatt qabel dħalt biex issir kap tal-Partit Nazzjonalista?” u Grech wieġeb, “Dak ġibtu wara li… ma tridux iċ-ċertifikat?

Il-ġurnalist saħaq, “Qed insaqsik mistoqsija oħra.” u Grech wieġeb, “Dak ġibtu wara li jiena ċedejt id-dritt tiegħi bħala ċittadin illi ma nħallasx penali u imgħax.”

L-awditjar li sar fuq Bernard Grech sab li bħala avukat, Grech ma kellux kont bankarju separat li fih jitfa’ l-flus li jaqla’ mill-professjoni u għalhekk għamilha diffiċli sabiex l-awtoritajiet jintraċċaw l-ammonti propja ta’ flus li kien jaqla’.  Għal dan huwa ma setax jispjega d-depożiti kollha iżda qal li fil-kont tal-bank daħlu xi flus minn xogħol extrakurrikulari li għamlet martu fl-iskola fejn taħdem.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend