Tliet plejers u żewġ team managers sospiżi wara l-ewwel ġurnata – One News

Notifiki

Tliet plejers u żewġ team managers sospiżi wara l-ewwel ġurnata

Tliet plejers mill-Kampjonat Premier u żewg Team Managers ġew sospiżi mill-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA.

Andrei Agius ta’ Hibernians F.C. Carl Cassar ta’ Lija Athletics F.C. u Ryan Scicluna ta’ Sirens F.C. kollha tkeċċew fl-ewwel ġurnata tal-Kampjonat Premier u għalhekk ġew sospiżi logħba kull wieħed.
Agius ser jitlef il-partita li Hibernians F.C .għandhom kontra ċ-Champions renjanti Floriana F.C. nhar il-Ħadd li ġej, Cassar ser jitlef il-partita bejn Lija Athletics u Gudja United F.C. filwaqt li Scicluna mhux ser ikun għad-diżpożizzjoni tal-kowċ Steve D’Amato għal partita kontra Sliema Wanderers F.C.

Marlon Galea Team Manager ta’ Gzira United F.C. u Peter Agius Team Manager ta’ Floriana F.C. ġew sospiżi għaż-żewġ partiti li ġejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend