Telfa kbira għat-tim nazzjonali tan-nisa – One News

Notifiki

Telfa kbira għat-tim nazzjonali tan-nisa

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa sofra telfa kbira ta’ 8-0 meta fil-grawnd taċ-Ċentinarju f’Malta ġie megħlub mill-qawwa tad-Danimarka f’logħba valida mill-Kampjonati Euro 2022.

L-avversarji ħadu biss sitt minuti biex marru fil-vantaġġ permezz ta’ Harder u minuta biss wara għamlu l-iskor 2-0 permezz ta’ Nadim. L-istess Nadim skurjat it-tielet gowl tal-partita tliet minuti minn tmiem l-ewwel taqsima.

Id-Danimarka komplew għaddejjin fuq l-istess ritmu anke fit-tieni 45 minuta u wara inqas minn minuta logħob fit-tieni taqsima Troelsgaard għamlet l-iskor 4-0. L-awtur tal-ewwel gowl Harder għamlet doppjetta personali fil-51 minuta u żewġ minuti wara Pederson kompliet tkabbar il-vantaġġ għal 6-0.
Bruun u Troelsgaard skurjaw żewġ goals oħra fil-66 minuta u fil-72 minuta għal skor finali ta’ 8-0.
Ritratt: MFA / Domenic Aquilina
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend