Taħlita ta’ lezzjonijiet fil-klassi u online fl-Università – One News

Notifiki

Taħlita ta’ lezzjonijiet fil-klassi u online fl-Università

Fl-Università ta’ Malta, il-lezzjonijiet se jkunu maqsumin bejn dawk li se jsiru fil-klassijiet u dawk li se jsiru b’mod virtwali.

Dan tħabbar wara li l-Università ħabbret il-linji gwida li bihom se topera fid-dawl tal-imxija.

F’każ li jkollok lezzjonijiet fejn ikollok ħafna studenti, dawn se jinqasmu fi gruppi, b’dawk li se jkunu fil-klassi u dawk li jsegwu b’mod virtwali.

L-Università qalet li l-aktar studenti li se jkollhom lezzjonijiet fil-klassi se jkunu dawk fl-ewwel sena Universitarja, sabiex ikollhom l-esperjenza li toffri din l-istituzzjoni edukattiva.

Intqal kif il-lectures se jkomplu jsiru mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-tmienja ta’ filgħodu u t-tmienja ta’ filgħaxija. Issemma wkoll kif il-lectures wara l-ħamsa ta’ waranofsinhar se jsiru wkoll ġewwa l-Junior College fl-Imsida.

F’dawn il-linji gwida, l-Università spjegat kif se jinħoloq spazju fuq kampus fejn l-istudenti jkunu jistgħu jsegwu online, hekk kif matul il-ġurnata l-istudenti se jkollhom taħlita bejn lectures fil-klassi u dawk online.

Intqal ukoll kif l-istudenti għandhom joqogħdu b’maskra jew visor il-ħin kollu meta jkunu fuq kampus. Issemma wkoll kif id-distanza bejn l-letturi u l-istudenti għandu jkun ta’ żewġ metri filwaqt li jkun hemm distanza ta’ metru u nofs bejn mejda u oħra.

Kull klassi mal-bieb se jkollha n-numru massimu ta’ studenti li se jkunu jistgħu jidħlu f’dik il-klassi partikolari.

F’dawn il-linji gwida ġie spjegat kif dawk li jridu jagħmlu użu mil-librerija se tkun qed tittieħdilhom it-temperatura, waqt li l-imwejjed se jkunu mnaddfa qabel u wara kull użu. Dawk il-kotba li se jintużaw mill-istudenti se jinżammu tnejn u sebgħin siegħa fi kwarantina, waqt li se tinżamm attendenza għal kull min jidħol fil-librerija.

Ara dawn il-linji gwida:

UM GUIDELINES

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend