Kull sena 200 student jiggradwaw mill-IFS – One News

Notifiki

Kull sena 200 student jiggradwaw mill-IFS

L-Istitut għas-Servizzi Finanzjarji ġewwa Gwardamanġa jara mitejn student li ta’ kull sena itemmu b’suċċess wieħed mid-diversi korsijiet li jiġu offruti.

Dan l-istitut Finanzjarju huwa wieħed mill-aktar istituti li joffri servizzi edukattivi relatati ma’ professjonijiet tas-servizzi bankarji u finanzjarji f’pajjiżna.

Kenneth Micallef, il-President ta din l-istituzzjoni spjega li dan huwa istitut primarju li ġie stabbilit sittin sena ilu fejn l-għan ewlieni tiegħu huwa li joffri edukazzjoni għal dawk li jixtiequ ikabbru l-għarfien tagħhom fis-settur finanzjarju.

Huwa spjega: “Għandna numru ta’ suġġetti li noffru li huma maqsumin fuq erba’ pillastri tal-edukazzjoni, għandna l-banking and finance, risk managment, money laundering u investment services.”

Kenneth Micallef spjega ukoll li dan l-istitut huwa attiv ukoll fl-organizzazzjoni ta’ seminars u avvenimenti li huma relatati ma’ temi bankarji bil-għan li jżommu lill-membri ta din l-istituzzjoni aġġornati dwar l-aħħar żviluppi dinjija.

Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo faħħar ix-xogħol li qed tagħmel din l-istituzzjoni u rrimarka xogħol li se jkompli jagħmel il-Gvern biex ikabbar is-settur finanzjarju f’pajjiżna.

Huwa qal: “F’dawn istituzzjonijiet qegħdin naraw kif flimkien mal-Gvern qed inkomplu jsaħħu l-work force tagħna bħala pajjiż. B’mod partikolari fil-qasam ta’ settur ta’ servizzi finanzjarji li huwa settur li dejjem qed joffri iktar opportunitajiet lill-persuni Maltin u Għawdxin sabiex jagħmlu karriera fih.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend