Jitlaqqa’ b’mod differenti l-Parlament tan-nanniet – One News

Notifiki

Jitlaqqa’ b’mod differenti l-Parlament tan-nanniet

Għal sena oħra reġa’ tlaqqa’ l-Parlament tan-Nanniet fejn ġew diskussi bosta temi li jolqtu lin-nanniet fid-dinja tal-lum. Fil-fatt it-tema għal din is-sessjoni kienet ‘In-Nanniet u r-Realtà Attwali’.

Is-sessjoni kienet immexxija mill-ispeaker Anġlu Farrugia. Huwa tkellem dwar is-sehem tan-nanniet fil-familja u d-dritt tal-ħajja fost oħrajn.

L-Ispeaker stqarr kif ir-responsabbilità tat-trobbija tal-ulied mhux primarjament tan-nanniet imma hija tal-ġenituri madankollu, in-nanniet kapaċi joffru għajnuna bżonjuża lill-familja ta’ wliedhom f’rabta dejjiema ta’ mħabba bejn in-nanniet u wliedhom.

Irringrazzja lill-istituzzjonijiet u lill-aġenziji tal-Istat u tal-Knisja impenjati fil-ħarsien u s-solidarjetà soċjali. Maż-żmien, din il-kollaborazzjoni ssarrfet f’ħidma fejjieda favur il-vulnerabbli anzjani u oħrajn hekk kif pajjiżna ntlaqat mill-imxija tal-COVID-19. Dan filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha li jinsabu fuq quddiem tal-ħidma sabiex jipproteġu lill-anzjani tagħna f’dan iż-żmien.

F’din is-sessjoni tal-Parlament tan-nanniet taw is-sehemhom esperti differenti minn oqsma relatati flimkien mal-President-Fundatur tal-Fondazzjoni Nanniet Malta, Philip Chircop u s-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Silvio Parnis flimkien ma’ Membri Parlamentari oħra miż-żewġ naħat tal-kamra.

Din is-sena l-użu virtwali kien importanti ħafna sabiex is-sessjoni saret xorta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend