Illum il-Kummissjoni Ewropea se tħabbar il-patt il-ġdid tal-immigrazzjoni – One News

Notifiki

Illum il-Kummissjoni Ewropea se tħabbar il-patt il-ġdid tal-immigrazzjoni

Illum fi Brussell, il-Kummissjoni Ewropea se tħabbar il-patt il-ġdid dwar l-immigrazzjoni.

Dan il-patt se jitħabbar mill-Kummissarju Ewropew għall-Intern Ylva Johansson, flimkien mal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Margaritis Schinas.

F’kummenti li qalet lill-midja internazzjonali, il-Kummissarju Johansson saħqet kif is-27 stat membru jridu jaqsmu dan il-piż flimkien.

Dan il-patt ġdid mistenni jimbotta ‘l quddiem l-idea li l-istati membri jieħdu aktar immigranti mill-pajjiżi li huma milquta direttament mill-immigrazzjoni bħal Malta, l-Italja u l-Greċja.

Johansson ġiet rappurtata tgħid li qed tistenna reżistenza dwar dan il-patt minn pajjiżi bħall-Ungerija, il-Polonja u pajjiżi oħra fit-tramuntana tal-Ewropa iżda saħqet li jeħtieġ li l-prinċipju tas-solidarjetà bejn l-istati membri jitħaddem iżjed.

Il-ġimgħa l-oħra, waqt id-diskors tagħha tal-Istat tal-Unjoni, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola von der Leyen qalet kif dawk il-pajjiżi milquta direttament mill-immigrazzjoni u jonoraw l-obbligi internazzjonali jridu jserrħu fuq is-solidarjetà tal-Unjoni Ewropea kollha kemm hi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend