Il-patt tal-immigrazzjoni l-ġdid tal-UE jsemmi li kull pajjiż irid jerfa’ parti mill-piż – One News

Notifiki

Il-patt tal-immigrazzjoni l-ġdid tal-UE jsemmi li kull pajjiż irid jerfa’ parti mill-piż

Il-Kummissjoni Ewropea preżentat il-patt tal-immigrazzjoni l-ġdid li jitkellem li bla ebda eċċezzjoni kull stat membru jrid jerfa’ l-piż tal-immigrazzjoni u jkun ponn wieħed ma’ pajjiżi milquta direttament minn din il-kwistjoni fi żmien ta’ kriżi.

Minkejja din id-dikjarazzjoni qamu mistoqsijiet mill-ġurnalisti dwar li dan l-patt ma jsemmix klawsoli li jorbtu lill-pajjiżi biex jerfgħu l-piż tal-immigrazzjoni.

Il-patt isemmi wkoll il-ħarsien aħjar tal-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea fosthom billi mill-bidu tas-sena d-dieħla l-gwardja tal-kosta Ewropea se tagħti iżjed appoġġ u tgħasses aħjar mit-traffikanti tal-bnedmin.

Il-patt il-ġdid li jrid jiġi diskuss u approvat fil-Parlament Ewropew jgħid ukoll li jrid ikun hemm mekkaniżmi effettivi biex jiġu ritornati immigranti li ma jkollhomx dritt għall-ażil.

Ftit qabel mal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Margaritis Schinas u l-Kummissarju Ewropew għall-Intern Ylva Johansson preżentaw il-patt ta’ immigrazzjoni ġdid, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen qalet li b’dan il-patt l-Ewropa trid timxi minn sistema adhoc għal waħda ta’ min jafdaha fejn tidħol l-amministrar tal-kwistjoni tal-immigrazzjoni.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen stqarret: “Europe has to move away from adhoc solutions and put in place a predictable and reliable migration management system.”

“Ilkoll għandna naqsmu l-piż u rridu nimxu mal-valuri Ewropej tas-solidarjetà”, saħqet Von der Leyen.

Saħqet li bħala 27 stat membru rridu naraw kif se nagħtu appoġġ fuq din il-kwistjoni u mhux meta se nagħtu l-appoġġ.

Qalet li dan il-patt ġdid ta’ immigrazzjoni joffri soluzzjonijiet sostennibbli u kulħadd irid jagħti sehmu, inkluż il-Kummissjoni Ewropea.

F’dan il-kuntest qalet li l-immigrazzjoni hija kwistjoni li kienet taffettwa u se tibqa’ taffettwa lill-Unjoni Ewropea.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Issa naraw! Aħna hawn Malta drajna li dawn iparlaw biss! Jew għar jagħmlu xi regoli li jkomplu jikkastigawna! Minn fuq!!! U minn ġot-taġen għal ġon-nar nispiċċa! Jiddispjaċini imma lil dawn tal-eu ftit nista nafdahom. Tal-lemin u tax-xellug.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend