Il-Fgurin ingħaqdu flimkien sabiex jipproteġu razzett antik milli jitwaqqa’ u din l-art tiġi żviluppata.
F’konferenza tal-aħbarijiet, indirizzata mis-sindku tal-Fgura Pierre Dalli ntqal kif il-kunsill lokali ilu jiddefendi din l-art għal dawn l-aħħar ħamsa u għoxrin sena.
Intqal kif fl-1995 dan is-sit ġie protett, iżda imbagħad madwar tmien snin ilu l-Gvern ta dak iż-żmien kien biegħ Triq in-Niċċa l-Antika lis-sid tar-razzett, mingħajr konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali.
Intqal kif riċentament, l-Awtorità tal-Ippjanar waqqet l-iskedar ta’ dan ir-razzett.
Dan ir-razzett jinsab propju fiċ-ċentru ta’ din il-lokalità u hija waħda mill-aħħar parti antika li baqa’ fil-Fgura.
Is-sindku tal-Fgura appella sabiex sabiex dan il-patrimonju kulturali f’din il-lokalità.