Il-Bank Ċentrali jgħid li f’Awwissu tjiebu l-kundizzjonijiet tan-negozju  – One News

Notifiki

Il-Bank Ċentrali jgħid li f’Awwissu tjiebu l-kundizzjonijiet tan-negozju 

Fix-xahar ta’ Awwissu, il-kundizzjonijiet tan-negozju tjiebu meta mqabbla max-xahar ta’ Lulju.

Dan intqal f’aġġornament ekonomiku ppubblikat mill-Bank Ċentrali ta’ Malta.

Intqal kif f’Awwissu, ir-rata tal-qgħad kompliet tonqos, meta mqabbel max-xahar ta’ Lulju.

F’dan ir-rapport, il-Bank Ċentrali qal kif żdied l-indikatur tas-sentiment ekonomiku meta mqabbel max-xahar ta’ qabel. Dan seħħ l-aktar fis-setturi li joffru servizzi u l-industrija.

Il-Bank Ċentrali qal kif l-inflazzjoni baqgħet baxxa, hekk kif minn 1% f’Ġunju niżlet għal 0.7% f’Lulju.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend