Fondi Ewropej viċin in-nies – One News

Notifiki

Fondi Ewropej viċin in-nies

Il-fondi Ewropej huma ta’ għajnuna għall-organizzazzjonijiet f’setturi varji tas-soċjetà.

Dan intqal waqt laqgħa online ma’ diversi għaqdiet mhux governattivi bħala parti mill-ġimgħa għas-servizz pubbliku.

Waqt din il-laqgħa, il-Kap Eżekuttiv tal-MEUSAC Mandy Falzon qalet kif din l-aġenzija governattiva tagħti kull għajnuna sabiex kwalunke organizzazzjoni tkun tista’ tapplika għal dawn il-fondi.

Hija spjegat: “Il-Fondi Ewropej tista’ tgħid għodda importanti ħafna għall-organizzazzjonijiet. Mhux biss għax ikun qed itihom fondi iktar milli jkollhom biex jimplimentaw il-proġetti tagħhom. Imma anke biex jimplimentaw attivitajiet li forsi s-soltu minħabba nuqqas ta’ fondi, ma jkunux jistgħu jimplimentaw.”

Il-Kap Eżekuttiv qalet kif wieħed jista’ japplika għal dawn il-fondi, billi jippreżenta proġett.

Sar aċċenn dwar l-għaqal fl-infiq tal-fondi Ewropej: “Meta wieħed japplika mbagħad jissotometti proġett, li mbagħad ikun hemm proċess ta’ evalwazzjoni. Jekk il-proġett, inti jkollok qisek kompetizzjoni. Jekk il-proġett jitqies bħala kompettiv u wieħed tajjeb, jirċievi l-finanzjament neċessarju.”

Waqt din il-laqgħa ntqal kif il-Fondi Ewropej huma użati f’bosta setturi fosthom l-edukazzjoni, il-kultura u x-xogħol.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend