Farsons tagħmel qligħ ta’ €1.6 miljun u tfaħħar miżuri t’għajnuna tal-Gvern – One News

Notifiki

Farsons tagħmel qligħ ta’ €1.6 miljun u tfaħħar miżuri t’għajnuna tal-Gvern

Il-Kumpanija Maltija Simonds Farsons Cisk qalet li l-miżuri tal-Gvern b’rabta mal-pandemija u b’parti mill-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika kienu t’għajnuna kbira għaliha.

Dan fi sfond li l-kumpanija għamlet qligħ nett ta’ €1,600,000 fl-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena.

Il-kumpanija nnutat kif l-impjegati tagħha gawdew mill-miżura t’għajnuna tal-Gvern fil ħlas tal-pagi tal-ħaddiema.

Minkejja dan u bħal ma kien previst għal ħafna negozji, Farsons naqqset il-profitt meta mqabbel ma’ dak tas-sena li għaddiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend