€600,000 fi skemi ta’ spazji miftuħa fil-lokalitajiet – One News

Notifiki

€600,000 fi skemi ta’ spazji miftuħa fil-lokalitajiet

B’investiment ta’ €600,000 tniedew żewġ skemi oħra għall-Kunsilli Lokali li huma intiżi sabiex jkollna komunitajiet li joffru kwalità ta’ ħajja aħjar.

L-iskemi ser jiffinanzjaw il-ħolqien ta’ spazji miftuħa fiċ-ċentru tal-ibliet u l-irħula kif ukoll tal-manutenzjoni u s-sostenn ta’ proġetti infrastrutturali maġġuri li ġew imwettqa mill-Gvern.

F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru għall-Gvern Lokali Josè Herrera u d-Direttur Ġenerali tal-Gvern Lokali Natalino Attard qalu li dan l-investiment ser jwassal għal aktar spazji miftuħa li ser jfissru aktar arja nadifa, aktar użu ta’ mezzi alternattivi ta’ trasport, aktar siġar u arbuxelli, aktar spazju għat-talent artistiku lokali.

Huwa spjega: “Waħda biex iċ-ċittadini ikollhom aktar spazji pubbliċi, titjieb il-kwalità tal-ħajja, u l-oħra tikkumplimenta l-proġetti kapitali li jkun hemm l-Gvern fil-lokalitajiet u l-kunsilli jridu jagħmlu l-manutenzjoni tagħhom.”

Il-Ministru Josè Herrera sostna li l-Gvern qed jinvesti b’mod dirett sabiex il-kwalità tal-ħajja tan-nies fl-irħula u l-ibliet tinbidel b’mod pożittiv.

Huwa qal: “Irridu nagħmlu spazji u noħolqu spazji mal-prinċipju ta’ urban greening u nipproteġu l-patrimonju tagħna.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend