Delia jiddefendi lil Arrigo li qed jiġi attakkat minn Grech u l-klikka  – One News

Notifiki

Delia jiddefendi lil Arrigo li qed jiġi attakkat minn Grech u l-klikka 

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ħareġ jiddefendi lil Viċi Kap Nazzjonalista Robert Arrigo li fil-jum tat-Tlieta ħabbar li se jirriżenja minn teżorier tal-Partit Nazzjonalista.

Fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook, Adrian Delia wera s-solidarjetà ma’ Robert Arrigo.

Qal li fi tliet snin Arrigo dawwar sitwazzjoni finanzjarja diżastruża li kellu l-Partit Nazzjonalista f’waħda sostenibbli.

Saħaq li Arrigo ħadem b’lealtà.

Għall-attakki fil-konfront ta’ Arrigo esponenti mill-fazzjoni ta’ Simon Busuttil u li issa jinsabu wara Bernard Grech, Delia qal li minn fuq, Arrigo sab lil min ikasbru, jheddu u jattakkah.

“Politika ta’ mibegħda li Robert u jien determinati li ma nħalluhiex teqred lill-partit glorjuż tagħna. Kuraġġ Robert u minn qalbi grazzi tal-appoġġ sinċier li tagħtini kuljum”, saħaq Delia.

“Robert, jien u int ma naqtgħu qalbna qatt! Flimkien se naslu”, kiteb Adrian Delia lil Arrigo, li dejjem appoġġjah.

Intant sorsi li tkellmu magħna mill-fazzjoni ta’ Bernard Grech qalulna li Robert Arrigo rriżenja minn teżorier minħabba l-qagħda finanzjarja tal-Partit, li hi mwergħa ħafna.

Dawk li qed jappoġġjaw lil Bernard Grech qed jgħidu li hemm dubju kemm il-Partit Nazzjonalista se jkollu biżżejjed flus biex ilaħħaq mal-obbligi tal-pagi li għandu għal dan ix-xahar li jmiss.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend