Bosta inizjattivi mill-PL fil-mitt sena mit-twaqqif tiegħu – One News

Notifiki

Bosta inizjattivi mill-PL fil-mitt sena mit-twaqqif tiegħu

Bejn Ottubru u Diċembru li ġej, il-Partit Laburista se jkun qed ifakkar il-mitt sena mit-twaqqif tiegħu, permezz ta’ bosta inizjattivi.

Dwar dan ONE News tkellem mal-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista George Azzopardi li qal kif minkejja li din is-sena, minħabba l-imxija ma jistax ikun hemm attivitajiet, xorta se jsiru inizjattivi biex ifakkru dan iċ-ċentinarju.

Huwa qal: “Kienet sena differenti. Kienet sena li xtaqna niċċelebrajna l-mitt sena b’mod differenti. Iċ-ċirkustanzi preżenti ma tawniex ċans, però ħsibna biex ħloqna numru ta’ inizjattivi fejn il-partitarji tagħna, kif xieraq, ikollhom it-tifkiriet ta’ din is-sena tant speċjali fid-djar tagħhom.”

Fost dawn l-inizjattivi se jkun hemm d-dokumentarju ‘Mitt Sena Partit Laburista’ li se jixxandar fuq l-istazzjon ONE.

Apparti minn hekk se jkun qed joħroġ it-tieni volum tal-ktieb ‘L-Istorja tal-Partit Laburista’ miktub minn Frans Galea.

Il-Partit Laburista se jkun qed joħroġ ukoll sett ta’ sitt bolol personalizzati u timbru kollettiv, flimkien ma’ edizzjoni limitata ta’ midalja tal-fidda.

Barra minn hekk se jkunu mħawwla mitt siġra madwar il-lokalitajiet f’Malta u f’Għawdex.

Bit-tmiem ta’ dawn l-attivitajiet ikun f’Diċembru li ġej, permezz tal-attività annwali tal-Maratona Ġbir ta’ Fondi.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista għamel appell sabiex il-pubbliku ġenerali jsegwi dawn l-inizjattivi.

Huwa sostna: “Hija importanti ħafna. Ġrajja ta’ mitt sena – kull min jara l-istorja tal-Partit Laburista jaf kemm għandna diversi ġrajjiet ta’ min niftaħru bihom. Id-dokumentarju tal-partit li se jkun qiegħed jixxandar fuq ONE TV fil-ġranet li ġejjin se jkun qed juru xi storja memorabli għandu l-Partit Laburista. Għalhekk inħeġġeġ lil dawk kollha li qegħdin jismawna, kemm isegwu d-dokumentarju li se jkun qed jixxandar fuq ONE, kif ukoll jaraw u jsegwu d-diversi inizjattivi li se jkollna fil-ġranet li ġejjin, bejn issa u l-aħħar tas-sena.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend