Bastiment tal-Alan Kurdi b’133 immigrant abbord fi triqtu lejn Franza wara li Malta rrifjutat li ddaħħlu – One News

Notifiki

Bastiment tal-Alan Kurdi b’133 immigrant abbord fi triqtu lejn Franza wara li Malta rrifjutat li ddaħħlu

Bastiment tal-Alan Kurdi qed ibaħħar lejn Marsilja fi Franza wara li aktar qabel l-awtoritajiet Maltin irrifjutaw li jdaħħlu dan il-bastiment b’mija u tlieta u tletin immigrant abbord.

Minn fuq il-bastiment ittieħdu xi ftit immigranti mill-Italja iżda anki l-Italja rrifjutat li l-bastiment jitħalla jiżbarka l-immigranti li kellu fuqu l-bastiment.

Dan huwa t-tielet każ fi ftit jiem li Malta żammet soda mal-pożizzjoni tagħha.

Aktar qabel it-tanker Daniż Etienne Maersk ma tħalliex idaħħal l-immigranti f’pajjiżna wara li l-immigranti nġabru minn żona ta’ tiftix u salvataġġ tat-Tuneżija.

Mal-mitejn u sebgħin immigrant oħra li kienu fuq bastiment tal-Open Arms ukoll ma tħallewx jidħlu f’Malta u dawn daħlu fi Sqallija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend