Ambjent Malta se tkun qed tiffoka fuq proġetti ambjentali għall-benesseri tal-komunità – One News

Notifiki

Ambjent Malta se tkun qed tiffoka fuq proġetti ambjentali għall-benesseri tal-komunità

Waqt laqgħa mal-Bord il-ġdid ta’ Ambjent Malta, il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia ħabbar li dan il-bord se jkun iffukat biex ifassal proġetti ħolistiċi b’aspetti ambjentali fis-snin li ġejjin.

Il-Bord se jkun qed jiffoka fuq dawn l-elementi:

  • Siti Natura2000
  • Marine Conservation Areas
  • Nature Parks
  • Afforestazzjoni
  • Special Environmental Projects

Il-bord huwa magħmul miċ-Chairman Eżekuttiv Conrad Borg Manchè, Segretarju tal-Bord Clive Azzopardi, u membri Nigel Attard, Claire Bonello, Christine Cassar, Steve Compagno, Claude Ebejer, Noel Farrugia, Christian Sammut, Joseph Sammut, Direttur Ġenerali membru ex-officio Herman Galea, u membru sostitut Ms Elyse Tonna.

Il-Ministru Farrugia spjega li din il-bidla fid-direzzjoni torbot mal-Istrateġija Nazzjonali għall-Ambjent għall-2050, li ġiet varata mill-ERA għal konsultazzjoni pubblika.

Huwa qal li lil hinn minn ċikli elettorali, l-ambjent u l-elementi tiegħu ta’ sostenibbiltà u viżjoni fit-tul se jkun qed jitqiegħed fuq l-istess livell ta’ importanza flimkien ma’ kunsiderazzjonijiet oħra bħall-ekonomija u l-benesseri tas-soċjetà.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend