16-il fekruna jfaqqsu matul il-lejl li għadda fil-bajja tal-Għadira – One News

Notifiki

16-il fekruna jfaqqsu matul il-lejl li għadda fil-bajja tal-Għadira

16-il fekruna faqqsu fil-bajja tal-Għadira għall-ħabta tad-9:30 tat-Tlieta filgħaxija. Huma faqqsu minn bejta li nstabet f’din il-bajja f’Lulju li għadda.

Fi stqarrija l-ERA qalet li din il-bejta se tkun osservata għal ftit jiem oħra, hekk kif fil-ġranet li ġejjin mistennija jfaqqsu iżjed fkieren.

L-ERA rringrazzjat lil Nature Trust Malta, il-Ministeru għall-Ambejnt, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, kif ukoll lill-volontiera u l-entitajiet li flimkien għamlu dak kollu li setgħu biex jipproteġu lill-fkieren li faqqsu.

(Photo and Video Credits: ERA/Mark Zammit Cordina)

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend