Fiċ-ċentru għat-tagħlim tax-xjenza b’mod interattiv, l-Esplora, għaxar studenti li għandhom bejn it-tminn u t-tnax-il sena ngħataw ċertifikat fil-kompetizzjoni ‘ĠEMMA’. F’din il-kompetizzjoni, l-istudenti mill-iskejjel f’Malta u f’Għawdex tgħallmu kif għandhom iqassmu l-flus li jkollhom f’idejhom u ma jonfqux kull ma jkollhom f’idejhom.
L-istudenti wasslu messaġġi sabiex permezz tat-tpinġija juru dak li tgħallmu. Waqt din iċ-ċerimonja, ONE News tkellem ma’ studenta li qalet magħna kif din l-esperjenza għalmitha x’għandha tagħmel bil-flus.
Hija qalet magħna kif tħares lejn dak li ġġemma fil-futur. Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm il-Ministru għall-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon li saħaq kemm huwa importanti li t-tfal jieħdu sehem f’inizjattivi li jgħinuhom għall-ġejjieni.
Qal kemm huwa importanti li minn ta’ età żgħira t-tfal ikunu mrawma li jfaddlu u jagħżlu l-prijoritajiet tagħhom.